Il-Blog ta' Salvinu Lombardi
|
|
Ħiereġ Rumanz Ġdid |
|
|
Ħiereġ rumanz ġdid jismu 'ESTER', Vittma tar-Regħba. Dan ir-rumanz huwa ibbażat barra minn Malta u l-istorja fil-qosor hija din:
Ġorġ, li kien bniedem rgħib għall-flus, ħalla lil missieru u siefer lejn l-Amerika. Hemm sab min iħobbu, Victoria, bint dak li kien iħaddmu. Iżda r-regħba tiegħu ma ħallitux bi kwietu u baqa’ sakemm seraq flus martu u meta xeba’ minnha telaqha waħedha u siefer mill-ġdid lejn pajjiżu. Hawn ma kienx kuntent jgħix b’dak li seraq lil Victoria, imma ried jiret lil zijuh li kien sar miljunarju, billi jiżżewweġ lil bintu, Ester, li din ma riditux għax ġa kienet wiegħdet imħabbitha lil Carlo, ġuvni nobbli li kien iħobbha b’imħabba sinċiera. Ġorġ jagħmel f’rasu li jivvendika ruħu minn Ester. Aqraw dan ir-rakkont u taraw fejn wasslitu ir-regħba lil Ġorġ u x’wasal biex jagħmel.
|
|
|
Ħareġ ir-rumanz Ċeċilja, Bint il-Bojja ta Torin |
|
|
|
Bi pjaċi inħabbar li ħareġ ir-rumanz oriġinali ta' Emilio Lombardi, Ċeċilja, Bint il-Bojja ta' Torin. Dan ir-rakkont huwa bbażat ġewwa l-Italja. Ċeċilja hija bint Anjeże, li din tiltaqa’ ma’ ġuvni, li għax ġie rrifjutat mill-ġenituri tagħha tasal biex taħrab minn dar missierha u tħallih għomru kollu jfittixha billi qatt ma għarrfitu fejn kienet. L-għarus ta’ Anjeże, Antonio, ikun bniedem mill-agħar li jkun għamel bosta delitti li minħabba fihom ikun ġie ikkundannat biex jagħmilha ta’ Bojja fuq il-forka meta l-Pulizija jkollha bżonnu. Iżda b’dan, Antonio qatt ma wera xejn lil Anjeże li baqgħet tqisu bħala ġentlom, sakemm darba, wara li jkun taqqalha, abbandunaha u ħallieha tixxejjer mar-riħ. Minn xiex għaddiet Anjeże u kemm sofriet tal-iżball tagħha li ma semgħetx mill-ġenituri tagħha? Kemm kellha ssofri wkoll Ċeċilja, bintha, wara li waqgħet taħt idejn missierha. Ċeċilja, bint il-Bojja ta’ Torin, huwa rakkont drammatiku tassew, imma fl-aħħar jispiċċa b’nota pożittiva għaliex Ċeċilja ssib min jilqagħha, avolja tkun wettqet delitt tal-biża’. Min irid jakkwistah ghandu jfittxu għand il-librara ewlenin. |
|
Hareġ Il-Vendetta ta' Cikku l-Kattiv |
|
|
|
Sa fl-aħħar ħareġ IL-VENDETTA TA' CIKKU L-KATTIV. Dan huwa segwitu (ikompli) ta' Cikku l-Kattiv li huwa segwitu ta' Gabriella. |
|
|
IL-VENDETTA TA CIKKU L-KATTIV LEST |
|
|
|
Sa fl-aħħar IL-VENDETTA TA' ĊIKKU L-KATTIV lest u qed jiġi kkoreġut. Nispera li jkun ippubblikat fil-bidu ta' Novembru u jkun fil-Fiera tal-Ktieb li ssir tard f'Novembru |
|
Kummenti fuq 'Ċikku l-Kattiv' |
|
|
|
Irċevejt diverisi messaġġi fuq ir-rumanz ta' Ċikku l-Kattiv. Kollha qallu li huwa rumanz sabih u jżommok fuq ix-xwiek sakemm tispiċċah. Xi wħud qalu li fih x'titgħallem u li ma tixtieq titilqu minn idejk. |
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>
|
|
Page 1 of 2 |