|
Ħiereġ Rumanz Ġdid |
|
|
Ħiereġ rumanz ġdid jismu 'ESTER', Vittma tar-Regħba. Dan ir-rumanz huwa ibbażat barra minn Malta u l-istorja fil-qosor hija din:
Ġorġ, li kien bniedem rgħib għall-flus, ħalla lil missieru u siefer lejn l-Amerika. Hemm sab min iħobbu, Victoria, bint dak li kien iħaddmu. Iżda r-regħba tiegħu ma ħallitux bi kwietu u baqa’ sakemm seraq flus martu u meta xeba’ minnha telaqha waħedha u siefer mill-ġdid lejn pajjiżu. Hawn ma kienx kuntent jgħix b’dak li seraq lil Victoria, imma ried jiret lil zijuh li kien sar miljunarju, billi jiżżewweġ lil bintu, Ester, li din ma riditux għax ġa kienet wiegħdet imħabbitha lil Carlo, ġuvni nobbli li kien iħobbha b’imħabba sinċiera. Ġorġ jagħmel f’rasu li jivvendika ruħu minn Ester. Aqraw dan ir-rakkont u taraw fejn wasslitu ir-regħba lil Ġorġ u x’wasal biex jagħmel.
|
|
|
Edizzjoni Ġdida ta Rumanzi li nbigħu kollha |
|
|
|
Qed issir Edizzjoni ġdida ta' Rumanzi li nbigħu kollha. S'issa saret edizzjoni ġdida tar-rumanzi 'L-Għama ta' Lourdes' u 'Ċikku l-Kattiv'. Hemm il-ħsieb li joħorġu wkoll 'Antonietta', 'Il-Forza tad-Destin' u l-'Midfuna Ħajja' kif ukoll it-tliet rumanzi li jkomplu ma' xulxin li huma 'L-ILsira Hamilda', 'L-Għamja' u 'Oreste Rockman'. Dawk li jixtiequ xi kotba minn dawn jirrikorru għand il-Book Distributors Ltd, Tel. 21380351/2 |
|
Merħba |
|
|
|
MERĦBA fis-sit iddedikat lil Emilio Lombardi
Jiena, Salvinu Lombardi, neputi u reviżur tal-kotba ta’ dan l-awtur prolifiku nistedinkom tiflu sewwa dan is-sit u nawguralkom li ssibu fih informazzjoni interessanti u ta’ siwi għalikom.

Salvinu Lombardi, neputi ta’ Emilio Lombardi, u l-Editur tar-rumanzi ta’ nannuh, twieled f’tas-Sliema fl-1939. Wara li attenda fil-Liceo huwa daħal apprendista fit-Tarzna bħala ‘Shipwright’, fejn dam sitt snin sakemm temm l-Apprentistat. Fl-1960 impjega ruħu bħala skrivan fis-Servizz Ċivili fejn dam għal 37 sena. Salvinu illum huwa irtirat u mehdi bir-rumanzi ta’ nannuh għax jinsab ħerqan li jippubblika kemm jista’ minnhom. Ir-rumanzi ta’ Emilio Lombardi huma tajbin għall-kbar u għaż-żgħar u fihom ħafna. |
|
|
|